Saturday, November 16, 2024

Erba’ snin u 11-il xahar ħabs fuq serq mill-ajruport

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Joseph Buttigieg ta’ 46 sena minn Tal-Pietà intbagħat erba’ snin u 11-il xahar ħabs wara li ammetta li wettaq tliet serqiet u li pprova jagħmel oħra mill-ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Huwa kien mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li minn ħanut tal-ġojjellerija seraq madwar €6,000 f’oġġetti kif ukoll li minn żewġ ħwienet oħra seraq diversi oġġetti fosthom Ipad u tablet kif ukoll li seraq mill-pompa tal-petrol li hemm fl-ajruport u li reġa’ pprova jisraq minnha. 

Huwa kien mixli wkoll li wetttaq reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li sar reċediv.

Buttigieg kien inqabad mis-CCTV cameras iwettaq dawn ir-reati bejn it-30 ta’ Ottubru u t-3 ta’ Novembru bil-pulizija jarrestawh f’daru fil-5 ta’ Novembru. 

Il-Maġistrat Astrid May Grima semgħet lil Buttigieg iwieġeb ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih u filwaqt li kkundannatu erba’ snin ħabs effettivi, daħħlet fis-seħħ il-perjodu ta’ 11-il xahar priġunerija li kienu imposti fuqu b’sentenza sospiża.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Karl Roberts. 

Ekonomija

Sport