Friday, November 15, 2024

Erba’ snin u nofs ħabs għal Eġizzjan li ammetta li ta fastidju sesswali lil turista f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Abigail Critien ikkundannat lil Najah Agheez għal erba’ snin u nofs ħabs wara li ammetta li żamm tfajla kontra l-volontà tagħha u attakkaha sesswalment f’lukanda f’San Pawl il-Baħar.

L-Eġizzjan ta’ 34 sena kien tressaq il-Qorti fejn ammetta li l-Ħadd 16 ta’ April għall-ħabta ta’ bejn it-3.00 a.m u s-6:00 a.m. wettaq att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens fuq mara Taljana f’San Pawl il-Baħar.

L-Eġizzjan ġie arrestat mill-Pulizija hekk kif ġie identifikat minn filmati tas-CCTV meħuda minn stabbiliment f’Buġibba.

Agheez kien tressaq il-Qorti mixli li ta fastidju lill-vittma, issuġġettaha għal att ta’ intimità fiżika, li żammha kontra l-volontà tagħha u li kkawżalha biża’ li se tintuża vjolenza kontriha je wkontra tagħha.

Huwa kien mixli wkoll li seraq mobile ta’ raġel li jiswa €1,800, li kien fis-sakra f’post pubbliku, li kiser il-paċi pubblika u li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

L-Avukat Difensur kien talab li l-piena tkun qrib il-minimu “minħabba ċ-ċirkostanzi.” Qal li dakinhar tal-każ kien l-anniversarju tal-mewt ta’ omm l-akkużat u li dan mar jixrob biex jipprova jinsa.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Ryan Vella megħjun mill-Avukati Cynthia Tomasuolo u Joseph Camilleri Azarov mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Ekonomija

Sport