Erba’ timijiet għandhom l-għan li jirbħu t-tieni l-aqwa unur tal-veterani meta jilagħbu s-semifinali tal-VMFA Trophy.
Fil-fatt, Birkirkara St Helen’s, Floriana u Gżira United ingħaqdu ma’ MFPA bħala l-aqwa erbgħa tal-kompetizzjoni wara li rebħu l-logħbiet rispettivi fil-kwarti tal-finali.
Gżira kienu dominanti fuq Żurrieq Wolves hekk kif rebħu 8-3, l-istess bħalma kienu Birkirkara St Helen’s li għelbu lil Hibernians 15-6.
Mill-banda l-oħra, kellna konfront interessanti bejn Rabat Veterans u Floriana b’dawn tal-aħħar jirbħu 6-4.
Ilum jintlagħbu s-semifinali fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ hekk kif fit-8pm Gżira jilagħbu kontra Floriana filwaqt li fid-9pm, MFPA jaffrontaw lil Birkirkara St Helen’s.
Il-finali tal-VMFA Trophy hi skedata għal nhar il-Ħamis li ġej fit-8pm fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.