Wednesday, October 30, 2024

Erba’ żgħażagħ se jiġu integrati fit-team ta’ Milan

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ AC Milan Stefano Pioli mistenni jinkludi erba’ plejers żgħażagħ li bħalissa huma fit-tim ta’ Primavera ta’ dan il-klabb.

Fil-fatt, id-difensur Jan-Carlo Simic, il-midfielder Kevin Zeroli, il-wingers Chaka Traore u Davide Bartsaghi bħalissa qed jitħarrġu mal-ewwel tim tar-Rossoneri.

Dawn l-erba’ plejers kienu protagonisti tat-tim immexxi minn Ignazio Abate li wasal sal-final four tal-Youth League u kien mistenni li jingħataw il-promozzjoni wara l-wirjiet li kellhom fl-istaġun li għadda.

Sport