Erbat itfal huma fost il-midrubin fil-każ li seħħ f’Liverpool ilbieraħ filgħaxija meta sewwieq ta’ karozza saq fuq folla ta’ nies li kienu qegħdin jiċċelebraw ir-rebħa tal-kampjonat.
Skont il-midja Ingliża b’kollox kien hemm 50 persuna li sofraw xi ġrieħi, iżda 27 minnhom kellhom bżonn jittieħdu l-isptar. Tnejn minn dawn qegħdin isofru ġrieħi serji ħafna.
Il-Pulizija Ingliża arrestat raġel ta’ 53 sena li qiegħed jingħad li hu mil-lokal stess. Uffiċjali fl-investigaturi qalu li mhux qegħdin iqisu dak li seħħ bħala attakk terrorisitku