Il-Pulizija Awstraljana qiegħda tinvestiga inċident traġiku li fih erbat itfal mietu u ħamsa oħra ndarbu wara li waqgħu minn fuq bouncy castle wara li dan inħakem mir-riħ.
Skont l-awtoritajiet fil-pajjiż, It-tfal involuti fl-inċident għandhom bejn 10 snin u 12-il sena bl-erbgħa li mietu jkunu żewġ subien u żewġt ibniet.
Il-każ seħħ waqt fun day fl-iskola primarja ta’ Devonport f’Tasmania. Minnufih issejħet għall-assistenza li kien hemm bżonn wara rapporti li xi tfal kienu waqgħu minn għoli ta’ madwar 10 metri.
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison iddeskriva l-inċident bħala wieħed ta’ qsim il-qalb.
Madanakollu dan il-każ ma kienx wieħed iżolat hekk kif fl-2018 tifla fl-Ingilterra mietet wara li r-riħ tajjar bouncy castle f’bajja waqt li fl-2019 żewġt itfal mietu u 20 oħra ndarbu f’inċident simili fiċ-Ċina.