Erbat itfal instabu ħajjin fil-ġungla tal-Amazon fil-Kolombja wara aktar minn xahar ilu ajruplan li kienu fuqu ġġarraf.
Kien il-President Kolombjan Gustavo Petro li ħabbar li kienu nstabu dawn it-tfal. Jirriżulta li dawn kienu kollha aħwa li kienu qegħdin jivvjaġġaw fuq ajruplan żgħir flimkien ma’ ommhom.
Kienu t-tfal biss li salvaw li għandhom 13-il sena, 9 snin, tifla ta’ 4 snin u tarbija ta’ sena. Omm it-tfal u anke l-piloti mietu f’dan l-inċident.
Il-President qal li dan hu “jum maġiku” għal pajjiż kollu. Sostna li “instabu weħidhom. B’xi mod huma rnexxielhom jgħixu għal xahar sħiħ hekk kif kielu u xorbu dak li sabu fil-ġungla.”