Erba’ persuni ġew arrestati fil-Gżira b’rabta ma’ sejba tad-droga wara li ssoktat il-ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra tad-Droga.
Għall-ħabta tad-9.30 p.m., il-Pulizija mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra tad-Droga, assisiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, daħlu f’appartament li jinsab fi Triq Luqa Briffa, il-Gżira. Hemmhekk sabu lill-erba’ persuni li kienu ilhom jiġu osservati, żewġt irġiel u żewġ nisa li għandhom bejn 30 sena u 55 sena.
Bl-erba’ persuni arrestati, saret tfittxija fl-appartament fejn instabet sustanza suspettuża, allegatament kokaina, eroina u cannabis, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti



Bil-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.