Tuesday, December 24, 2024

Erbgħa jinżammu arrestati fuq ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

Erbat irġiel baqgħu jinżammu taħt arrest preventiv wara li lllum tressqu l-Qorti mixlija b’ħasil ta’ flus.

L-imputati huma Charlston Cassar, Redent Cassar, Jerome Azzopardi u Josef Majri. Huma ġew mixlija li l-Ġunju 2020 ppruvaw jaħslu bejniethom €21,000 fi ħwienet tal-logħob.

Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti kif il-Pulizija bdiet tinvestiga l-każ aktar kmieni din is-sena wara li aġixxiet fuq tagħrif anonimu li rċeviet fl-istess żmien.

Intqal li s-suspett hu li l-akkużati kienu ġabu l-flus allegatament mit-traffikar tad-droga li dwarhom diġa’ ġew akkużati u ngħataw il-ħelsien mill-arrest.

L-imputati kienu mixlija wkoll li kisru l-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja u li saru reċedivi. 

Id-Difiża talbu għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba biża’ ta’ intralċ ta’ provi u li għad fadal impjegati tal-ħwienet tal-logħob li għad iridu jixhdu f’dan il-każ.

Il-Qorti ċaħdet it-talba u ordnat li jibqgħu jinżammu taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Karl Muscat u Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Tonjoe Farrugia u Robert Azzopardi.

Ekonomija

Sport