Saturday, September 21, 2024

Erbgħa każi ġodda ta’ Covid-19, b’10 persuni jirkupraw

Aqra wkoll

Mill-1,137 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw erba’ każi ġodda ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19. Dan skont l-informazzjoni uffiċjali ppubblikata mill-Ministeru għas-Saħħa.

Dan ifisser li b’kollox s’issa ġew infettati 616-il persuna.

Intant irkupraw għaxar persuni, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi niżel għal 114.

In-numru kumplessiv ta’ persuni li s’issa rkupraw mill-virus jammontaw għal 501.

Sport