Monday, September 8, 2025

Erbgħin sena anniversarju ta MODELLE INTERNATIONAL

Aqra wkoll

Għaddew erbgħin sena min meta ġiet imwaqqfa l-agenzija Modelle International b’ħafna memorj ta` inżul u tlajja imma b’sodisfazzjon kbir hekk kif deskritt mid- diretrici Sue Rossi li tgħid kif is-suċċess miksub mhux riservat għaliha biss imma għal ħafna mudelli li kisbu esperjenzi diversi u  tul dan iż-żmien, ħafna minnhom irnexxilhom jirrapreżentaw lil Malta f’tant konkorsi diversi.

Nħossni kbirt mal-istess agenzija li propju bdejt ta` eta` żgħira fejn jien stess kont mudella u bqajt nikber hemm matul iż-żmien li għadda.”

Irridu ngħidu li kienu ħafna mudelli li b’ xi mod jew iehor missew ma` din l-agenzija u ħafna ħadmu f`diversi riklami u ħadu sehem f’programmi televiżivi jew konkorsi li ġew organizzati kemm għat- tfajliet kif ukoll għall-guvintur.

“Nista ngħid li niltaqaw` ma` xi wħud li jgħiduli kont niġi għandek, u saħansistra illum jibatu it-tfal tagħhom ukoll biex jibdew esperjenza ġdida``.

Il-magħruf konkons Miss World Malta ukoll daqt jiċċelebra 30sena minn mindu Modelle International ingħatat il-liċenzja biex ikollha dritt tibagħat rappreżentat f’dan il- konkors tant msemmi fuq il-livell internazzjonali fejn hawn ingħaqdet Claudia Calleja li hija parti ukoll mill organizazjoni ghal dan l-aħħar 25 sena b’ħidma kontinwa biex dejjem intejbu il-livell.

Esperjenza oħra hija t-tfal li min ċkunitom bdew jattendu korsijiet u jirbħu fix- xena tal-moda u s-sbuħija u wkoll teenagers li bdew ta` eta differenti fejn ukoll kisbu esperjenzi f’dan is-settur. Ma nistax ma nsemmix numru ta` mudelli maskili li ukoll kienu parti mis- suċċess ta`din l-agenzija.

Ftit żmien ieħor Modelle International se tħabbar  tim li se jingħaqad biex titkompla titjieb l-attivita` b`ideat ġodda filwaqt li jinżamm  kwalità ta servizz eċċelenti

Sue Rossi tirringrazja lil mudelli kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna għall-agenzija filwaqt li trodd ħajr ukoll lill -kumpaniji li kienu ta` sapport kontinwu tul dan il-vjaġġ sabiħ, ikoll lil kull min b’xi mod jew ieħor kien ta` servizz biex flimkien inkomplu nikbru u intejjbu dan is settur li tant qiegħed ghal qalbna .

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport