Il-viċi-president ta’ Galatasaray Erden Timur esprima d-diżappunt tiegħu li l-klabb ma rnexxielux jakkwistaw is-servizzi tad-difensur veteran Sergio Ramos. Dan tal-aħħar ingħaqad ma’ Seville minkejja l-insistenza tal-klabb Tork u anke ta’ xi klabbs oħra mill-Arabja Sawdija.
Timur sostna li kien konvint li Ramos kien se jingħaqad magħhom għalkemm ammetta li meta daħlu għalih l-eks tim tiegħu Seville, donnu qalbu ħebritu li mhux se jġibha żewġ.
Sadanittant Galatasaray ħadu b’self lil Tanguy Ndombele u Davinson Sanchez mingħand Tottenham.