Siti tat-tbassir tat-temp qegħdin jgħidu li s-Sibt li ġej jirritorna l-maltemp fuq il-gżejjer Maltin. Dan għalkemm mhux mistennija xita qabel nhar it-Tnejn.
It-temp bnazzi ta’ ċans lid-delettanti tal-karnival u lil poplu Malti u Għawdxi biex jieħdu gost waqt il-vaganzi qosra li kellna fl-aħħar jiem.
Is-Sibt li ġej iżda mistenni li jerġa’ jitqawwa r-riħ għal forza 5/6 mix-Xlokk biex imbgħad il-Ħadd għalkemm jibqa’ tal-istess forza r-riħ idur Majjistral. F’dawn il-ġranet it-temp mistenni li jkun imsaħħab.
Skont ir-rapport tat-temp, it-Tnejn imbgħad mistennija x-xita filwaqt li t-Tlieta u l-Erbgħa r-riħ jitqawwa għal forza 7/8 mill-Majjistral.