Hekk kif matul l-aħħar jiem kellna temp mhux ħażin u ħafna ħasbu li se jkunu jistgħu jgawdu tmiem il-ġimgħa, jaħsbuha darbtjen hekk kif mistenni mill-ġdid Forza 8.
Skont is-sit l-aġġornament tat-temp, nhar il-Ġimgħa mistenni li jkun riħ forza 7 mill-Majjistral filwaqt li jibqa’ jżid biex is-Sibt ir-riħ ikun forza 8. Il-ħadd għalkemm xorta qawwi se jnaqqas xi ftit meta hu mistenni riħ forza 6.
Il-Ġimgħa t-temp minbarra r-riħ se jkun b’ħalbiet iżolati tax-xita filwaqt li s-Sibt u l-Ħadd se jkun imsaħħab. Skont l-istess sit il-ġimgħa d-dieħla mistenni aktar riħ.