Il-leġġendarju Eric Cantona qed jhedded li mhux se jibqa’ jappoġġja lil Manchester United jekk jibdlu l-isem tal-famuż ta’ Old Trafford.
L-eks player tar-Red Devils, li llum għandu 56 sena, sostna li bosta mill-grounds ġodda huma “bla ruħ” minħabba li bidlu l-isem oriġinali tagħhom, fosthom West Ham u Arsenal.
L-ikona tal-United waqqaf kumpanija tal-ivvjaġġar, bl-isem ta’ ‘Looking FC’ li tiffoka fuq esperjenzi tal-football fi grounds partikolari madwar l-Ewropa.
U f’intervista, Cantona għamilha ċara li se “jieqaf mill-football għal dejjem jekk Old Trafford jingħata isem ieħor.”
Huwa qal: “Il-vjaġġi huma dwar li wieħed jesperjenza l-passjoni tal-football, li jifhem l-istorja tal-club, xi jfisser il-football u kif wieħed kif jgħix ħajtu bħala partitarju.
“Konna qed nitkellmu dwar l-istadiums favoriti tiegħi … iżda issa l-ground kollha qed jissejħu Emirates jew Allianz!