Monday, April 13, 2026

Eric Swalwell jirtira mit-tellieqa għal Gvernatur ta’ California

… wara allegazzjonijiet ta’ mġiba sesswali ħażina

Aqra wkoll

Il-politiku Amerikan Eric Swalwell irtira mit-tellieqa għal Gvernatur ta’ California wara pressjoni dejjem tikber fuq allegazzjonijiet ta’ mġiba sesswali ħażina.

Id-Demokratiku ġie akkużat minn erba’ nisa b’kondotta ħażina li tvarja minn fastidju sesswali sa stupru. Huwa ċaħad l-allegazzjonijiet u wiegħed li se jiddefendi lilu nnifsu b’“fatti”.

L-alleati ewlenin tiegħu kienu talbuh biex jirtira mit-tellieqa għall-gvernatur, li fiha kien ipproġettat bħala wieħed mill-favoriti fost il-kandidati Demokratiċi.

Il-pass li ħa Swalwell jiġi f’mument kruċjali, hekk kif ftit tal-ġimgħat oħra l-votanti jibdew jirċievu l-voti bil-posta qabel l-elezzjoni tat-2 ta’ Ġunju li se ssir biex jintgħażel is-suċċessur tal-Gvernatur Gavin Newsom. 

F’kitba fuq X, Swalwell qal: “Qed nissospendi l-kampanja tiegħi għal Gvernatur. Lill-familja, ħbieb, membri tal-istaff u lis-segwaċi tiegħi ngħidilhom jiddispjaċini ħafna għall-iżbalji fil-ġudizzji li għamilt fil-passat.

“Se niġġieled l-akkużi serji u foloz li saru – iżda dik hija l-ġlieda tiegħi, mhux ta’ kampanja,” temm jgħid Swalwell.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport