Friday, August 22, 2025

Erik Menendez miċħud mill-possibbiltà ta’ parole għal 3 snin oħra

Aqra wkoll

Fl-1989 Erik u ħuh Lyle sparaw u qatlu lill-ġenituri tagħhom Josè u Kitty Menendez. Waqt il-proċess tagħhom, is-suġġett tad-difiża personali u l-abbuż sesswali/emozzjonali tqajjem hekk kif l-aħwa rrakkontaw l-istorja tagħhom dwar kif missierhom kien jimmolestahom għal ħafna snin.

Fl-1996, l-aħwa ġew ikkundannati għal għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ parole. Issa għaddew 36 sena mill-kundanna tagħhom. Ħarġet evidenza ġdida li tgħid li l-aħwa kienu qed jiġu molestati minn missierhom permezz ta’ ittra li Erik kiteb lil kuġinuh qabel ma seħħew il-qtil. Membru ta’ band li Josè Menendez kien imexxi qal li kien molestat minn Josè Menendez ukoll.

Lyle Menendez se jkollu s-smigħ tal-parole tiegħu llum biex jiġi determinat ir-riżultat tiegħu. Jekk jiġi miċħud il-parole bħal ħuh, se jistennew 3 snin oħra għas-smigħ li jmiss tagħhom.

L-unika tama huwa l-gvernatur ta California li jista jtihom parole anki jekk il-bord ma jaccettax…

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport