Il-manager ta’ Ajax, Erik ten Hag, għal darb’oħra ċaħad li jista’ jsir il-manager il-ġdid ta’ Manchester United fi tmiem l-istaġun 2021-22.
Ten Hag, flimkien ma’ Mauricio Pochettino ta’ Paris Saint-Germain, hu maħsub li huwa l-favorit għar-rwol f’Old Trafford, bil-manager temporanju Ralf Rangnick se jwarrab mill-kariga dan is-sajf.
Huwa mifhum li l-manager ta’ Ajax kien qed jieħu lezzjonijiet addizzjonali tal-Ingliż qabel ċaqliq potenzjali lejn Old Trafford fix-xhur li ġejjin.
Madankollu, huwa saħaq li: “Le, dak ir-rapport mhux minnu! Aħna diġà nitkellmu bl-Ingliż fil-club għax hemm ħafna players barranin fl-Olanda u huma diġà edukati bl-Ingliż allura dan jagħmel sens,” qal Ten Hag.
Fl-aħħar mill-aħħar Ajax sofrew telfa ta’ 1-0 kontra Benfica fit-tieni leg tal-konfront tal-aħħar 16, li rat lill-ġganti Olandiżi jitilfu bi skor aggregate 3-2.
Intant, Man United tilfu 1-0 f’darhom kontra Atletico Madrid fit-tieni leg tal-partita tal-aħħar 16, bir-Red Devils jiġu eliminati bi skor aggregate ta’ 2-1.