Il-manager konfermat ta’ Manchester United, Erik ten Hag, huwa ħerqan li jakkwista lill-attakkant ta’ West Ham United, Jarrod Bowen, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Ten Hag se jtemm l-istaġun fit-tmun ta’ Ajax qabel ma jibda uffiċjalment il-kariga tiegħu mar-Red Devils, għalkemm il-pjanijiet tal-club għas-suq tas-sajf diġà huma maħsuba li għaddejjin b’mod sod.
Numru ta’ players ġew marbuta ma’ ċaqliq lejn il-club f’dawn l-aħħar ġimgħat, għalkemm ir-Red Devils jistgħu jsibu lilhom infushom f’diffikultá biex jakkwistaw ċerti players fosthom lil Declan Rice ta’ West Ham u Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur minħabba l-ammont meħtieġ ta’ flus biex huma jiffirmawhom.
Huwa mifhum Bowen ġie identifikat bħala għażla bi prezz baxx fis-suq tas-sajf, b’Ten Hag jemmen li jista’ jkun il-player perfett għas-sistema tiegħu.
Il-player ta’ 25 sena kellu staġun 2021-22 impressjonanti għall-Hammers, fejn skorja 16-il goal u pprovda 11-il assist f’47 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.