Saturday, December 21, 2024

Erik ten Hag “lest” li jsir manager permanenti ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Ajax, Erik ten Hag afferma li huwa “lest” biex jagħmel il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu fost rabtiet mal-impjieg ta’ Manchester United.

Il-manager ta’ 51 sena huwa maħsub li huwa wieħed mill-favoriti li jieħu t-tmun tal-club minn Old Trafford fl-2022 ladarba jintemm iż-żmien ta’ Ralf Rangnick fil-kariga temporanja.

Ten Hag b’mod konsistenti naqqas ir-rabtiet mar-rwol waqt li qed jiffoka fuq ir-responsabbiltejiet tiegħu ma’ Ajax, iżda d-datbtejn rebbieħ tal-Eredivisie jemmen li ż-żmien jista’ jkun tajjeb għalih biex jimxi ‘l quddiem.

Ten Hag qal: “Naħseb li lest għalih biex nieħu l-kontroll ta’ club barrani mill-aqwa. Inkun kuntent li nieħu dik l-isfida.”

“Imma mhux qed ngħaġġel. Jekk jirriżulta li dak il-pass qatt mhu se jasal, mhux se ngħid li l-karriera tiegħi ta’ coach falliet. Imma naħseb li għandi biżżejjed kompetenzi biex nieħu dik l-isfida.”

Ten Hag rebaħ 139 mill-188 logħba tiegħu fit-tmexxija tal-ġganti ta’ Amsterdam, li jinsabu punt vantaġġ fuq Feyenoord fil-quċċata tal-klassifika tal-Eredivisie.

Ekonomija

Sport