Sunday, December 22, 2024

Erik ten Hag meqjus bħala l-favorit biex ikun il-manager il-ġdid ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Ajax, Erik ten Hag, hu meqjus bħala l-favorit fit-tellieqa biex isir il-manager permanenti li jmiss ta’ Manchester United.

Filwaqt li Ralf Rangnick bħalissa jokkupa r-rwol fuq bażi temporanja, huwa mifhum li l-iskwadra tal-ewwel team tal-United mhux daqstant kuntenta b’din il-ħatra.

Il-manager ta’ Paris Saint-Germain, Mauricio Pochettino, ilu żmien twil jissemma’ li eventwalment jista’ jagħmel il-bidla għal Old Trafford, partikolarment fi żmien meta naqas milli jirbaħ il-fiduċja tal-uffiċjali tal-club fil-Parc des Princes.

Madankollu, il-United bħalissa huma aktar inklinati li jagħmlu approċċ għal Ten Hag fi tmiem l-istaġun.

Il-kap ta’ Ajax irrikonoxxa li huwa miftuħ li jieħu sfida ġdida fil-futur wara li kien responsabbli mill-ġganti Olandiżi minn Diċembru 2017.

Matul dak il-perjodu, Ten Hag rebaħ żewġ titli tal-Eredivisie, żewġ KNVB Cups u mexxa lill-club pass ‘il bogħod milli jilħaq il-finali taċ-Champions League tal-2019.

Ekonomija

Sport