Il-coach ta’ Ajax, Erik ten Hag, qed jieħu lezzjonijiet tal-Ingliż fost spekulazzjonijiet dwar bidla possibbli fis-sajf ma’ Manchester United.
Ir-Red Devils ikkonfermaw li għaddejja tfittxija “bir-reqqa” biex jinħatar is-suċċessur ta’ Ole Gunnar Solskjaer, b’Ralf Rangnick se jingħata rwol ta’ konsulenza fi tmiem l-istaġun.
Ten Hag u l-coach ta’ Paris Saint-Germain, Mauricio Pochettino, huma maħsuba li huma ż-żewġ favoriti għal dan ix-xogħol, filwaqt li tressqet ukoll offerta għal żmien qasir għall-coach ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti.
Huwa mifhum li Ten Hag issa qed jirfina l-ħiliet tiegħu fl-Ingliż jekk iċ-ċaqliqa f’Old Trafford titwettaq fis-sajf, bil-futur tiegħu ma’ Ajax qed jidher aktar inċert.
Jidher li l-ġganti tal-Eredivisie huma konxji tal-intenzjonijiet tal-player ta’ 52 sena li jħalli lill-club qabel l-istaġun 2022-23, u ċaqliqa proposta lejn Tottenham Hotspur fis-sajf li għadda falliet minħabba l-ħiliet fqar tiegħu fl-Ingliż.
Ten Hag rebaħ żewġ titli tal-Eredivisie u żewġ edizzjonijiet tal-KNVB-Beker waqt l-esperjenza tiegħu bħala manager ta’ Ajax, kif ukoll laħaq is-semifinali taċ-Champions League 2018-19.
L-Olandiż – li rebaħ 150 mill-202 logħba tiegħu fit-tmexxija ta’ Ajax – huwa rrapurtat li jinsab interessat li jmur jikkowċja fil-Premier League ma’ Manchester United.