Manchester United resqu iktar viċin li jaħtru lill-coach ta’ Ajax, Erik ten Hag, bħala l-manager il-ġdid tagħhom.
L-uffiċjali ta’ Old Trafford għadhom jinsistu li l-proċess tal-ħatra tas-suċċessur permanenti ta’ Ole Gunnar Solskjaer mhux komplut u li huwa prematur li wieħed jgħid li sar ftehim.
Madankollu, huwa mifhum li Ten Hag issa huwa l-kandidat favorit fost il-figuri għolja tal-United.
Kien ċar li l-għażla kienet naqset għal Ten Hag jew Mauricio Pochettino.
Madankollu, intqal li jinħass li Ten Hag ikun aħjar għall-istruttura li issa hemm fil-club, fejn John Murtough huwa d-direttur tal-football, Darren Fletcher huwa direttur tekniku u l-manager temporanju Ralf Rangnick konsulent.
Mhux maħsub li tħabbira uffiċjali hija mminenti u b’Ajax għadhom f’taqtiegħa ma’ PSV Eindhoven għat-titlu Olandiż, jista’ jkun li l-United jistgħu jdewmuh saħansitra aktar minħabba rispett lejn il-ġganti tal-Eredivisie, fejn l-eks goalkeeper tal- United, Edwin van der Sar, huwa l-kap eżekuttiv.
Jekk il-ħatra tiġi konfermata, huwa probabbli li Ten Hag se jdaħħal eks jew player tal-United bħala parti mit-team ta’ wara l-kwinti tiegħu, peress li huwa improbabbli li r-rabta li fadal mal-era Solskjaer, Mike Phelan, tibqa’ fil-club.
Il-punt għoli tar-renju ta’ Ten Hag f’Ajax kien meta wassal lill-club sa minuta bogħod mill-finali taċ-Champions League tal-2019, fejn ġie mċaħħad minn Tottenham li kienu mmexxija minn Mauricio Pochettino.
Thomas Tuchel ta’ Chelsea u l-coach ta’ Spanja, Luis Enrique, it-tnejn tqiesu għar-rwol iżda nħass li ma kienx prattiku li wieħed jaħseb li wieħed iħalli l-impjieg preżenti tagħhom biex jingħaqad mal-United għall-bidu tal-istaġun li ġej.
Huwa mifhum li l-coach ta’ Sevilla, Julen Lopetegui, ġie msemmi wkoll dwar ir-rwol.
Sadanittant Ten Hag xeħet l-interess tiegħu fuq bosta players fosthom Kalvin Phillips (Leeds Utd), Harry Kane (Tottenham H.), Declan Rice (West Ham), Ruben Neves (Wolves) John McGinn (Aston Villa) u Jude Bellingham (Borussia D.) … li dawn jammontaw għal aktar minn £500 miljun.