Raġel sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:30 p.m kien involut f’argument li seħħ fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Eritrean ta’ 34 sena li jgħix Ta’ Xbiex, kien ġie aggredit minn żewġ persuni b’arma li taqta’ u bil-ponta fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa. L-aggressuri wara ħarbu minn fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadha għaddejja, filwaqt li qiegħda ssir tfittxija għall-aggressuri.