Thursday, December 26, 2024

Eritrean jinżamm arrestat b’rabta ma’ diversi atti ta’ vandaliżmu fuq bus stops

Aqra wkoll

Eritrean ta’ 31 sena qiegħed jinżamm taħt arrest fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, b’rabta ma’ diversi atti ta’ vandaliżmu fuq bus stops madwar Malta. 

Kienu xi s-1:45 a.m, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm  raġel ikisser bus stop fi Triq Dun Karm, Birkirkara. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret mill-ewwel fuq il-post iżda ma nstab ħadd ħlief tifrik ta’ ħġieġ.  Immedjatament, il-pulizija bdew bit-tfittxija u wara ftit ħin, ġie osservat raġel li kien jaqbel  mad-deskrizzjoni li ngħatat. 

Hu twaqqaf u waqt li l-pulizija bdew ikellmuh, innutaw li kellu l-qalziet bid-demm. B’hekk, il pulizija għamlu tfittxija u fil-baskett li kellu wara dahru, instabu ħadida twila u biċċiet ta’ ħġieġ. 

Minn iżjed investigazzjonijiet li saru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, irriżulta li l-istess raġel, tul dan ix-xahar, allegatament ivvandaliżża 13-il bus stop, uħud iżjed minn darba, madwar  Malta – il-Marsa, Ħal Luqa, Wied il-Għajn, il-Ħamrun, Ħal Lija, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, iċ-Ċirkewwa u l-Mellieħa – u għamel ħsara ta’ aktar minn €15,000. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport