Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, sostna li Erling Braut Haaland mhux garantit li jibda l-konfront tal-Ħadd fil-Premier League kontra Liverpool.
L-internazzjonali Norveġiż kien sostitut mhux utilizzat fil-logħba taċ-Champions League ta’ nhar it-Tlieta kontra Copenhagen, bis-Citizens jonqsu milli jsibu x-xibka fi draw ta’ mingħajr gowls fid-Danimarka.
Wara l-partita, Guardiola żvela li Haaland ‘ma ħassux tajjeb’ wara l-logħba ma’ Southampton fi tmiem il-ġimgħa, bil-player ta’ 22 sena għalhekk jingħata mistrieħ fil-kompetizzjoni Ewropea.