Is-salarju ta’ Erling Braut Haaland ma’ Manchester City jiswa £865,000 fil-ġimgħa, u b’hekk jagħmlu bħala l-aktar plejer imħallas fl-Ingilterra.
Is-Citizens iffirmaw lill-plejer internazzjonali Norveġiż mingħand Borussia Dortmund matul is-sajf u huma maħsuba li ħallsu biss £51 miljun għas-servizzi tiegħu minħabba klawsola ta’ release.
Madankollu, l-ispiża ġenerali tal-ftehim, esklużi l-pagi, hija maħsuba li kienet eqreb il-£100 miljun meta qiesu t-tariffi tal-aġent, il-bonus tal-iffirmar u spejjeż oħra.