Wara r-rebħa kbira tan-Norveġja kontra l-Moldova bl-iskor ta’ 11-1, spikka bħas-soltu l-attakkant internazzjonali ta’ Manchester City Erling Braut Haaland li kien awtur ta’ ħames gowls f’din il-partita. Hu wettaq ukoll żewġ assists f’din il-partita.
Bil-forma eċċezzjonali tiegħu, issa dan il-plejer tela’ għal 48 gowl f’45 logħba man-Norveġja, ċifra li tikkonfermah bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja. Il-prestazzjoni tiegħu kompliet issaħħaħ il-mixja tan-Norveġja fil-kwalifikazzjonijiet għat-tazza tad-dinja.