Monday, June 30, 2025

Erling Haaland bi tragward ieħor impressjonanti

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Norveġiż Erling Braut Haaland laħaq tragward ieħor impressjonanti fil-karriera tiegħu hekk kif skorja t-300 gowl tiegħu bħala plejer professjonali fil-logħba li fiha Manchester City għeleb lil Juventus 5-2 fit-tazza tad-dinja tal-klabbs ftit tal-jiem ilu.

Il-gowl wasal biss seba’ minuti wara li daħal bħala sostitut, wara assist ta’ Matheus Nunes. Hu għad għandu biss 24 sena u diġà fi 370 partita, Haaland kiser rekord hekk kif s’issa skorja 123 gowl mas-City, 86 gowl ma’ Borussia Dortmund, 42 gowl mat-tim nazzjonali, 29 gowl ma’ Salzburg u 20 gowl ma’ Molde.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport