Saturday, September 14, 2024

Erling Haaland – il-Player tas-Sena tal-UEFA

Aqra wkoll

Wara t-tlugħ tal-poloz, il-UEFA ppremjat lill-aħjar players u lill-aħjar coaches tal-istaġun li għadda.

L-attakkant Norveġiż ta’ Manchester City, Erling Haaland, rebaħ il-premju tal-Aħjar Player tas-Sena filwaqt li l-coach tiegħu, l-Ispanjol Pep Guardiola, ingħata dan l-unur prestiġjuż.

L-attakkanta Spanjola ta’ Barcelona, Aitana Bon­mati, rebħet il-Player tas-Sena Femminili filwaqt li l- Olandiża li tinsab fir-res­pon­sabbiltá tat-team naz­zjonali Ingliż, Sarina Wiegman,  rebħet  l-unur  tal-Aqwa Coach tas-Sena.

L-attakkant veteran Ġermaniż, Miroslav Klose, ġie ppremjat bil-UEFA President Award għall-Fair Play.  

Ekonomija

Sport