Manchester City ħabbru li huma akkwistaw il-firma tal-attakkant internazzjonali Norveġiż, Erling Haaland, mingħand Borussia Dortmund.
Huwa ffirma kuntratt ta’ ħames snin fejn mistenni jkollu salarju ta’ £350,000 fil-ġimgħa.
Is-Citizens ħallsu £51.2 miljuni għas-servizzi tiegħu.