L-attakkant ta’ Manchester City, Erling Haaland, ġie magħżul bħala l-Player tas-Sena tal-Football Writers’ Association (FWA) għall-istaġun 2022-23.
Huwa skorja 51 goal f’47 logħba għas-City f’dan l-ewwel staġun tiegħu magħhom.
L-internazzjonali Norveġiż li twieled f’Leeds meta missieru Alf-Inge kien jilgħab ma’ Leeds United, irċieva 82 fil-mija tal-voti, quddiem il-koppja ta’ Arsenal, l-internazzjonali Ingliż, Bukayo Saka, u dak Norveġiż bħalu, Martin Odegaard, li huwa l-captain tal-Gunners.
L-unur ta’ Player tas-Sena tan-Nisa mar għand l-attakkanta internazzjonali Aswstraljana, Sam Kerr, li tilgħab ma’ Chelsea.