Monday, December 23, 2024

Erling Haaland viċin li jirbaħ iż-żarbun tad-deheb

Aqra wkoll

L-attakkant Norveġiż ta’ Manchester City Erling Braut Haaland hu ferm viċin li jirbaħ iż-żarbun tad-deheb li eventwalment tkun l-ewwel waħda fil-karriera.

Hu għandu vantaġġ tajjeb fuq l-eqreb rivali tiegħu Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur fil-lista tal-aqwa attakkanti li jilagħbu fil-kampjonati Ewropej.

Haaland kiser rekord wara ieħor tul dan l-istaġun fejn qabeż il-50 gowl staġjonali xi ħaġa rari ħafna li ssir. Sadanittant din hi l-klassifika attwali tal-aqwa attakkanti li jilagħbu fl-Ewropa. 
1. Erling Haaland (Manchester City) 72 punt
2. Harry Kane (Tottenham) 60
3. Kylian Mbappe (Paris Saint-Germain) 56
4. Alexandre Lacazette (Lyon) 54
5. Victor Osimhen (Napoli) 50
6. Jonathan David (Lille) 48
7. Robert Lewandowski (Barcellona) 46
8. Enner Valencia (Fenerbahçe) 42
8. Lautaro Martinez (Inter) 42
10. Ivan Toney (Brentford) 40

Ekonomija

Sport