Waqt il-Malta AgriFair 2022 se ssir esebizzjoni tal-annimali li jiffurmaw parti mir-razzett Malti, fosthom tiġieġ, mogħoż, nagħaġ, majjali u baqar.
Il-Malta AgriFair 2022 se sservi ta’ pjattaforma sabiex il-komunità tal-biedja lokali, kif ukoll il-produtturi, jingħataw l-opportunità li jinfurmaw u jikkomunikaw mal-membri tal-pubbliku dwar il-prodotti u s-servizzi li wieħed isib f’dawn l-industriji.
Din l-attività se ssir l-MFCC Ta’ Qali bejn il-Ġimgħa 20 u l-Ħadd 22 ta’ Mejju li ġej. Tibda mill-10am u tintemm fl-10pm, it-tlett ijiem li huma. Il-prezz tal-biljett tad-dħul huwa ta’ €3 għal kull persuna. It-tfal kollha li m’għandhomx iktar minn 11-il sena u dawk l-individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena, jidħlu b’xejn.
Din l-attività nazzjonali hija organizzata mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali.