Sunday, December 22, 2024

Esperiment kif jiġi evitat ħbit bejn asterojdi u d-dinja

Aqra wkoll

L-aġenzija spazjali Amerikana NASA se tittanta ġġarraf blata spazjali f(asteroid). Il-missjoni tan-NASA imsejħa DART trid tara kemm ikun diffiċli li twaqqaf blata spazjali mdaqqsa bħal din milli tolqot id-Dinja. Il-provi qed isiru xi 11-il miljun kilometru bogħod (7 miljun mil) u fil-mira hemm blata spazjali msejħa Dimorphos.

L-impatt kien ikkalkulat għal 0.15 ta’ filgħodu tal-bierah it-Tnejn. Ix-xjenzati se jkunu qed isegwu  mill-bogħod permezz ta’ teleskopju inkluż l-osservatorju superspazjali ġdid James Webb. In-NASA temmen li l-blat spazjali bħalissa mhuwiex f’rotta u direzzjoni li jolqot id-dinja u lanqas it-test li se tagħmel mhu se jibgħatha fid-direzzjoni tal-pjaneta tagħna.

Episodji ta’ blat spazjali jaħbat mad-dinja s’issa rajnihom biss fil-films ta’ Hollywood, b’astronawti kuraġġużi u armi nukleari. Imma l-mistoqsija tibqa, kif fil-verita d-Dinja se tipproteġi lilha nnifisha minn asterojdi qattiela bħal dawn? In-NASA waslet biex issir taf. L-idea tagħha hija sempliċi. Il-ħsieb huwa li jkun hemm bżonn biss li titbiddel il-veloċità tal-blat b’ammont żgħir biex jitressqu lil hinn mid-Dinja, sakemm dan isir f’ħin biżżejjed bil-quddiem.

Il-missjoni Double Asteroid Redirection Test (Dart) se tiċċekkja din it-teorija b’ħabta kważi diretta ma’ blata spazjali ta’ 160 metru wiesa b’’veloċita ta’ aktar minn 20,000 kilometru fiq-siegħa. Dan l-esperiment bil-ħsieb li jibdel l-orbitu ta’ l-asterojd bi ftit minuti biss kuljum.

Dart se jkun qed jibgħat ritratti lejn id-Dinja bir-rata ta’ wieħed kull sekonda dwar l-impatt fil-fond. Dak li għall-ewwel jidher bħala tikka ta’ dawl fir-ritratti se jkun imkabbar malajr biex jagħti stampa aktar sħiħa ta’ dak li jkun ġara hekk kif il-vettura spazjali tinqered.

Fortunatament, dak mhux it-tmiem tal-istorja. Dart iġorr miegħu cubesat Taljan ta’ 14kg li nħareġ xi jiem ilu. Ix-xogħol tiegħu huwa li jirreġistra x’jiġri meta Dart iħaffer ħofra kbira (crater) fl-asteroid. L-istampi tiegħu, miġbudin mid-distanza ta’ 50km, se jintbagħtu lura lejn id-Dinja fil-jiem li ġejjin.

L-impatt huwa mistenni li jibdel il-momentum ta’ blat spazjali iżgħar b’tali mod li l-perjodu orbitali tagħhom jitnaqqas għal madwar 11-il siegħa u 45 minuta. It-teleskopju se jikkonferma dan il-kejl fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Stħarriġ u analiżi statistiċi jissuġġerixxu li ġew identifikat aktar minn 95% tal-asterojdi mostri li jistgħu jeqirdu lid-Dinja f’każ li jaħbtu magħha, għalkemm l-orbiti tagħhom ġew ikkalkulati u mhux se jersqu qrib il-pjaneta tagħna. 

Oġġett bħal Dimorphos, kieku jolqot id-Dinja (li mhux), jista’ jħaffer krater ta’ kilometru dawra tond u mijiet ta’ metri fond. Il-ħsara fil-viċinanza tal-impatt tkun intensa.

Erba’ snin minn issa, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) se jkollha tliet vetturi spazjali – kollettivament magħrufa bħala l-missjoni Hera biex tagħmel studji ta’ segwitu tal-esperiment tan-NASA.

Ekonomija

Sport