Thursday, September 18, 2025

‘Esperjenza ġdida li awtomatikament timmotivani … nemmen li b’ħafna dedikazzjoni u sagrifċċji kapaċi nilħqu l-għanijiet tagħna’ – Melvin Busuttil

Aqra wkoll


Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn ta’ etá żgħira kont dejjem nilgħab b’xi ballun sa ma l-ġenituri tiegħi kienu kitbuni ma’ nursery tal-futbol. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Mqabba FC?

Esperjenza ġdida li awtomatikament timmotivani. Nemmen li b’ħafna dedikazzjoni u sagrifċċji kapaċi nilħqu l-għanijiet tagħna.

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Vittoriosa Stars FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Vittoriosa Stars FC żgur li kienet waħda pożittiva ħafna fejn ksibna l-promozzjoni għaċ-Challenge League u nemmen li b’naqra aktar fortuna stajna nkunu Champions tal-Kampjonat, peró dak hu l-futbol!

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Il-livell nemmen li għola speċjalment fil-livelli taċ-Challenge league u n-National Amateur League. Naħseb li l-aktar ħaġa li nbidlet hi n-nuqqas ta’ ħin regolari għall-plejers promittenti minn ta’ etá żgħira. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Bħala klabb Mqabba FC għandna faċilitajiet tajbin ħafna. Il-grawnds ta’ fejn nilagħbu huma ta’ livell tajjeb ukoll. 

Kif qed tħares lejn il-futur aktar ‘il bogħod tiegħek fil-futbol?

Għalissa żgur li nibqa’ nilgħab sakemm inkun għadni b’saħħti … ‘il quddiem naraw x’opportunitajiet jistgħu jinqalgħu! 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Aħdem u stinka kemm tiflaħ, u taqta’ qalbek qatt … iċ-ċans jasal! Lill-plejers żgħar ngħidilhom ħudu pjaċir ilagħbu u tħallu lil ħadd jaqtagħlkom qalbkom!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport