Hekk kif eluf kbar ta’ persuni minn madwar id-dinja inġabru fi Pjazza Vatikan biex jagħtu l-aħħar tislima lill-Papa Franġisku li jinsab espost, żewġ Maltin li kienu minn tal-ewwel li daħlu fil-Vatikan iddeskrivewha bħala ‘esperjenza li ma ninsew qatt”.
Waqt li kien għall-ħabta tal-11.00 ta’ filgħodu li bdew deħlin il-persuni biex isellmulu, dawn il-Maltin, daħlu proprju fil-Vatikan sagħtejn wara. F’kummenti li tawna qalulna li “bħala esperjenza kienet sabiħa hafna. Kien hemm kjuwijiet twal u sigurtà stretta però ma kienx ħin mitluf. Kien hemm nies minn madwar id-dinja kollha. Is-sensazzjoni li kien hemm kienet ta’ gabra. Kien tinħass u kieNET esperjenza li ma ninsew qatt żgur.”
Intant wara li ohar l-Erbgħa filgħodu infetħu l-bibien tal-Bażilika ta’ San Pietru biex isellmu lill-Papa Franġisku,
Minn meta l-Bażilika fetħet il-bibien tagħha għall-fidili nhar l-Erbgħa filgħodu, aktar minn 50,000 persuna għaddew mill-Artal tal-Qrar, fejn jinsab espost il-Papa fl-ewwel 24 siegħa.