It-tim tal-kickboxing Malti Wu Shu Ky Kickboxing għadu kif ġie lura minn vjaġġ ta’ esperjenza fl-Awstrija ġewwa l-villaġġ ta’ Bregenz, fejn ikkompetew fil- European Kickboxing Championship taħt l-awspiċi tal-Federazjoni tal-W.M.A.C.
It-Tim Malti ħa sehem f’24 ġlieda fejn iffaċċja “fighters” minn madwar l-Ewropra ta’ livell għoli peró urew d-determinazzjoni u s-sagrifiċċju f’taħriġ li għamlu tul dawn l-aħħar xhur.
Għal darb’oħra Isaac Abela wera wirja ta’ teknika b’saħħitha u Marie Gevre, Franċiża, li tegħix f’pajjiżna u tittrenja fil-Wu Shu Ky Kickboxing Club rebħu d- dixxiplina fil-kategorija tagħhom.
Din id-darba, il-Klabb tella’ tliet studenti ta’ bejn l-10 u t-13-il sena, Liam Vella, Kelson Grima kif ukoll Zen Xuereb, fejn din kienet l-ewwel esperjenza tagħhom u huma kisbu midalji tal-Bronż.
Il-Klabb illum il-ġurnata, rikonoxxut sew f’pajjiżna, fejn mhux biss jikkonċentra dwar l-isport peró ta opportunitá lill-istudenti jesploraw bliet Awstrijaċi, fejn żaru postijiet kulturali bħall-Kastell ta’ Vaduz ibbażat f’Liechtenstein. Iltaqgħu ma’ atleti minn pajjiżi differenti u għamlu memorji li jibqgħu għal ħajjithom kollha.
Kif qal tajjeb il-Kowċ Alan Borg, fejn jemmen ħafna li jieħdu lill-istudenti jipparteċipaw barra minn xtutna għax l-esperjenza li jieħdu, lanqas fuq il-bank tal- iskola mhu ħa jesperjenzawha. Huma spiċċaw b’”Sunday Lunch” Bavarjana ġewwa l-belt ta’ Memmingen.
Għal ħafna, din kienet l-ewwel darba li qatt raw il-borra. Tieħu pjaċir tara u tisma’ lit-tfal japprezzaw dawn l-affarijiet speċjalment mill-feedback tal-ġenituri.
Dan il-vjaġġ kien edukattiv fis-sens veru: bnew il-kunfidenza, motivazjoni u ħaddnu kulturi ġodda. Ikkompetew bis-sħiħ, iżda tgħallmu wkoll waqt li kisbu l-esperjenza.
Grazzi kbira lill-kowċis Robert Cassar u Wayne Camilleri li llum huwa r- rappreżentant tal-Federazjoni f’pajjiżna, lill-ġenituri, u lil kull min għamel dan possibbli. Prosit lill-istudenti tal-parteċipazzjoni tagħhom.
L-ivvjaġġar huwa l-aqwa edukazzjoni li tista’ tikseb illum il-ġurnata – Team Malta.
Inħarsu ‘l quddiem għas-sena l-ġdida fejn diġá hemm possibiltá li nitilgħu u nipparteċipaw f’erba’ pajjiżi differenti.
Grazzi lil SportMalta li temmen u tgħn lill-membri tagħna jiġu rilaxxati kemm mill- iskola u anke għall-iSport leave li tagġti lill-ħaddiema.


