Friday, April 25, 2025

Esperjenza mill-aqwa għall-ġinnasti Maltin Lauren Agius u Alyona Draguzya fil-Bożnija-Ħerzegovina

Aqra wkoll

Esperjenza mill-aqwa għall-ġinnasti Maltin ta’ Ritmica Gymanstics Club Malta, Lauren Agius u Alyona Draguzya fil-Bożnija-Ħerzegovina, eżattament f’Sarajevo fejn huma ħadu sehem fit-23 edizzjoni tat-Tournament Internazzjonali, Suada Dilberovic, u taw prestazzjoni mill-aqwa fejn sfidaw atleti Nazzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kuwajt, u l-Montenegro. Prosit lill-organizzaturi għal din il-kompetizzjoni mill-aqwa. Kemm Lauren kif ukoll Alyona huma parti mill-‘Olympic Youth Development Programme’.

Fit-Top A level

Fil-Grupp Junior A

Alyona temmet fit-tieni post overall – l-ewwel fil-Hoop, it-tieni fil-Ball, u t-tieni fil-Clubs

Lauren fil-ħames post overall (it-tielet, ir-raba’ u l-ħames post għandhom differenza ta’ 0.2 punti biss). Lauren ġiet fit-tieni post fir-Ribbon u wkoll fit-tielet post fil-ball. Hija ġiet nominata Miss Best Execution, filwaqt li Alyona ġiet nominata Miss Body Difficulty.

It-tim Malti ivjaġġa bl-appoġġ qawwi tal-ġenituri u x-xogħol impekkabli tal-kowċis tagħhom Miss Elena, Miss Noemi, Miss Kamila, u Miss Monika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport