Sunday, October 20, 2024

Esperjenza mill-aqwa għat-team ta’ Taħt it-12-il sena ta’ San Ġiljan ASC fi Spanja

Aqra wkoll

It-team ta’ taħt it-12-il sena ta’ San Ġiljan ASC inkuruna esperjenza memorabbli fil-Habawaba Tournament fi Spanja fejn temm bħala ta’ runner-up fil-grupp prestiġjuż Silver.

Il-bniet u s-subien Ġiljaniżi rnexxielhom jirbħu erbgħa mit-tmien logħbiet li ntlagħbu u b’żewġ rebħiet fl-aħħar ġurnata rnexxielhom jiksbu dan il-pjazzament eċċellenti.

L-iktar importanti s-Saints gawdew ħafna din l-esperjenza. Fl-aħħar ġurnata kellhom ġurnata ta’ rilassament f’PortAventura Park.

San Ġiljan ASC xtaqu jirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex dawn it-tfal ikollhom din l-esperjenza enormi.

Huma xtaqu jgħaddu ringrazzjament speċjali lill-coach Christof Cauchi li ilu jħarreġ lil dan il-grupp għal din l-aħħar sena kif ukoll lil Michela Zammit li għenet fit-tħejjija tal-bniet ta’ dan it-team.

M’hemmx dubju li għalkemm l-esperjenza Habawaba ntemmet iżda l-vjaġġ fil-logħba sabiħa tal-waterpolo għal dawn is-subien u bniet tabilħaqq jibda minn hawn!

Sport