Tuesday, March 10, 2026

Esperjenza tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2026 mal-Bank of Valletta, grazzi għal Visa!

Aqra wkoll

Hekk kif qed joqrob l-iktar avveniment tal-futbol mistenni, il-Bank of Valletta u Visa kkollaboraw biex joffru lill-klijenti li għandhom kards personali tal-Visa mal‑BOV, opportunità unika li jidħlu fiċ‑ċans li jirbħu vjaġġ esklussiv għat‑Tazza tad‑Dinja tal-FIFA 2026, grazzi għal Visa. Din il‑promozzjoni hija possibbli permezz tas‑sħubija mill‑qrib bejn Visa u l‑BOV, fejn Visa hija sieħeb dinji tal‑FIFA.

Biex jipparteċipaw fil‑kompetizzjoni, il-klijenti li għandhom kards personali tal-Visa mal‑BOV għandhom jagħmlu mill‑inqas 25 tranżazzjoni bi kwalunkwe kard ta’ kreditu jew ta’ debitu tal-Visa tagħhom. It‑tranżazzjonijiet jistgħu jsiru kemm online kif ukoll fi ħwienet bl‑użu ta’ kard fiżika jew kartiera diġitali. L‑eliġibbiltà tirrikjedi nefqa globali ta’ mill-inqas €1,000 matul il‑perjodu tal‑promozzjoni, bejn is‑16 ta’ Frar u s‑26 ta’ April 2026. Il‑parteċipanti jeħtieġu wkoll jimlew ir‑reġistrazzjoni online fuq bov.com/visa-promotion. Żewġ rebbieħa se jittellgħu bix-xorti sad‑29 ta’ April 2026.

Ir‑rebbieħa, flimkien ma’ persuna oħra tal-għażla rispettiva tagħhom, se jirbħu; jew l-ewwel premju li jikkonsisti f’pakkett b’kollox inkluż ta’ erbat iljieli f’akkomodazzjoni ta’ 4 stilel fi New York u żewġ biljetti ta’ Kategorija 1 għal‑Logħba Finali, jew it-tieni premju li jikkonsisti f’pakkett b’kollox inkluż ta’ ħamest iljieli f’akkomodazzjoni ta’ 4 stilel f’Miami, u żewġ biljetti ta’ Kategorija 1 għal żewġ logħbiet mill‑Fażi tal‑Gruppi.

Waqt it‑tnedija tal‑promozzjoni, Chris Degabriele, Kap tal-BOV eBanking Channels, ħeġġeġ lill-klijenti tal‑BOV biex jużaw il‑kards tal-Visa tagħhom u jibbenefikaw minn din l‑opportunità. “Ninsabu ħerqana li nippremjaw lill-klijenti leali tal‑kards tal-Visa tagħna u nagħtuhom iċ‑ċans jesperjenzaw mill‑qrib l‑atmosfera eċċitanti tat‑Tazza tad‑Dinja tal-FIFA. Il‑kollaborazzjoni mill‑qrib ma’ Visa kienet kruċjali matul is‑snin, u grazzi għal din is‑sħubija tajna lill‑klijenti tagħna diversi esperjenzi esklussivi biex isegwu avvenimenti sportivi madwar id‑dinja. Din hija wkoll opportunità tajba għall‑klijenti biex ikomplu jaddattaw għall-bidla u jibdew iħallsu bil-kards fiżiċi jew b’kartieri diġitali tagħhom minflok bil-flus kontanti. B’dan il-mod ikunu jistgħu jesperjenzaw veloċità, effiċjenza u sigurtà fix-xirjiet tagħhom.”

David Farrugia, Country Manager ta’ Visa f’Malta, ikkummenta li: “Visa, dejjem tfittex li tgħaqqad in‑nies permezz tal‑qawwa tal‑isport u l‑mod kif isiru l-pagamenti. Bħala sieħeb dinji tal‑FIFA, aħna kburin li naħdmu mal‑Bank of Valletta biex il-pagamenti ta’ kuljum, jissarrfu f’esperjenzi li ma jintesewx, u nagħtu lill-klijenti tal‑kards, iċ‑ċans li jkunu parti mill‑eċċitament tat‑Tazza tad‑Dinja tal-FIFA 2026. Din il‑promozzjoni tenfasizza wkoll kif pagamenti diġitali siguri u bla xkiel jistgħu jiftħu l‑bieb għal mumenti straordinarji għall‑klijenti.”

It‑Tazza tad‑Dinja tal-FIFA 2026 se tibda nhar il‑Ħamis, 11 ta’ Ġunju 2026, bil‑logħba inawgurali bejn il‑Messiku u l‑Afrika t’Isfel, li se tintlagħab fl‑Istadium tal‑Belt tal‑Messiku. Il‑finali tant mistennija se tintlagħab fl‑Istadium ta’ New York, New Jersey, nhar il‑Ħadd, 19 ta’ Lulju 2026. L‑edizzjoni ta’ din is‑sena tat-Tazza tad-Dinja tal‑FIFA 2026 se tkun l‑akbar u l‑aktar waħda eċċitanti sal-lum, hekk kif 48 tim minn madwar id‑dinja se jikkompetu f’104 logħbiet. It‑termini u l‑kundizzjonijiet sħaħ tal‑lotterija Spend & Win jistgħu jinstabu fuq bov.com/visa-promotion.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport