Tuesday, December 24, 2024

Espert Amerikan iwissi li l-ivvjaġġar fil-Milied se jżid it-tixrid tal-Omicron

Aqra wkoll

L-ivvjaġġar waqt il-perjodu tal-Milied se jżid it-tixrid tal-varjant Omicron, anke fost dawk imlaqqma, jgħid l-aqwa espert tal-mard infettiv tal-Istati Uniti Dr Anthony Fauci.

“M’hemm l-ebda dubju dwar dan, l-Omicron għandu kapaċità straordinarja li jinfirex,” qal Dr Fauci waqt programm ‘Meet the Press’ ta’ NBC nhar il-Ħadd.

Hekk kif il-varjant b’mutazzjoni kbira qed jinfirex madwar id-dinja, bosta pajjiżi qed jintroduċu miżuri restrittivi.

Fl-Ewropa, pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja huma fost dawk li ħabbru restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar filwaqt li l-Olanda imponiet lockdown strett matul il-Milied.

Il-gvernijiet qed jenfasizzaw biex iżidu wkoll il-programmi tagħhom ta’ tilqim tal-booster wara li r-riċerkaturi qalu li d-doża addizzjonali tista’ tipprovdi madwar 85% protezzjoni kontra mard sever.

Ilbieraħ, Dr Fauci qal li t-tixrid b’rata mgħaġġla tal-Omicron fl-Istati Uniti jista’ jkollu impatt serju fuq is-servizzi tas-saħħa madwar il-pajjiż.

Dr Fauci qal li n-nies kellhom bżonn jieħdu prekawzjonijiet bħal li jilbsu maskri u josservaw id-distanza soċjali. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-Amerikani biex jieħdu l-vaċċin u l-booster.

Ekonomija

Sport