Hekk kif quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-Tabib Silvio Grixti u Dustin Caruana, Manuel Spagnol, Luke Saliba u Roger Agius, il-Qorti ħatret espert mediku sabiex jeżamina lil Roger Aguis.
Dan wara li l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukati Abigail Caruana Vella u Charmaine Abdilla mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Shaun Ferriggi, Wayne Borg u Andy Rotin kkonkludiet li dan l-eżami se jkun jista jara jekk il-marda li Aguis kienu jgħid li għandu hix veru jew fittizja.
L-Avukati Micheal Sciriha, Lucio Sciriha u Roberto Spiteri qed jidhru għal Caruana u Spagnol. L-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta qed jidhru għal Agius, filwaqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono qed jidhru għat-Tabib Grixti. Għal Saliba qed jidhru l-Avukati Josè Herrera u Matthew Xuereb.