Thursday, December 26, 2024

Esperti mħassba… Biden bi pjan li jqassam id-dożi kollha tal-Covid-19 mingħajr ma jaħżen it-tieni doża

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

minn Carmen Cachia 

Il-President ġdid tal-Istati Uniti, Joe Biden, be ħsiebu jqassam kull doża disponibbli tat-tilqim minn Pfizer-BioNTech u Moderna kontra l-Covid-19, ladarba aktar tard dan ix-xahar jieħu r-riedni tal-pajjiż f’idejh. 

Rapporti fil-midja barranija qalu li Biden m’huwiex beħsiebu jaħżen it-tieni dożi tat-tilqim li huma meħtieġa biex jingħataw wara ħalli l-protezzjoni tat-tilqima kontra l-virus tkun kompluta u effettiva.

Id-deċiżjoni ta’ Biden jidher li ttieħdet bil-għan li jaċċerta ruħu li l-Amerikani kollha li verament għandhom bżonn din it-tilqima, tingħatalhom malajr kemm jista’ jkun.

L-amministrazzjoni ta’ Trump insistiet li huwa importanti ħafna li jinżammu dawn it-tieni dożi. Is-Segretarju għas-Servizzi tas-Saħħa, Alex Azar, sostna li jekk ikun hemm problemi fil-manifattura tat-tilqim, il-pjan ta’ Biden jista’ jkollu konsegwenzi ħżiena.

Dr Leana Wen mill-Università ta’ George Washington, ukoll hija mħassba dwar din l-allegata mossa minn Biden. Hija qalet li wieħed irid jieħu inkonsiderazzjonil-etika tas-sitwazzjoni fejn jidħlu l-volontieri li diġà ħadu l-ewwel doża tat-tilqima u issa qegħdin jistennew li jingħataw it-tieni doża fil-perjodu ppjanat. 

Fil-verità, però, Biden m’għandux il-ħsieb li jipposponi dawn it-tieni dożi. Huwa qiegħed jittama li jkun hemm żieda fil-produzzjoni tal-istess tilqim u għalhekk jilħqu jaslu l-konsenji meta l-popli jkun imissu t-tieni doża. 

Min-naħa tagħha Wen temmen li m’hemm ebda garanzija li ma jkunx hemm dewmien fil-proċess u l-produzzjoni tat-tilqim u għalhekk titlob li ma jittieħdux riskji ta’ dan it-tip.

Ekonomija

Sport