Saturday, November 16, 2024

Esperti ta-Europol jixhdu fil-każ dwar il-qtil ta’ Daphne

Aqra wkoll

Rappreżentanti tal-Europol ippreżentaw l-analiżi li għamlu dwar apparat u dokumenti li ttieħdu lil Yorgen Fenech.

Huma kienu qed jixhdu fil-kumpilazzjoni li fiha Fenech jinsab mixli b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li kien seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2017.

L-esperti li ippreżentaw ir-rapporti tagħhom kienu l-Grieg Constantinos Petru, l-Ispanjol Israel Torres u t-Taljan Giuseppe Totaro li f’isem l-Europol għenu lill-Pulizija Maltija fl-investigazzjoni tagħha.

L-Europol hija l-aġenzija tal-UE li tiġbor fi ħdanha l-pulizija mill-istati membri ħalli jkunu jistgħu jaħdmu flimkien. 

Minbarra dokumenti mill-uffiċini li kien jagħmel użu minnhom Fenech huma eżaminaw l-apparat elettroniku fosthom it-telefon ċellulari u kompjuters.

Il-kumpilazzjoni qed tinstema quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello bil-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra mill-Iskwadra Kontra l-Omiċidji.

Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia f’isem il-familja Caruana Galizia qed jassistu lill-prosekuzzjoni.

Fenech għandu jiddefenduh lill-Avukati Charles Mercieca, Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran.

Ekonomija

Sport