Saturday, November 23, 2024

Esperti tas-saħħa jwissu li jista’ jkun qed nesperjenzaw it-tieni mewġa tal-każi ta’ Covid-19

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 jistgħu jkunu indikazzjoni tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet. Dan qalitu l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Mediċina tas-Saħħa Pubblika (MAPHM) filwaqt li saħqet li n-numru ta’ każijiet f’pajjiżna ta’ persuni infettati bil-coronavirus ras għal ras issa saħansitra qabeż lil dawk f’pajjiżi barranin bħall-Italja u Spanja li kienu fost l-aktar fl-Ewropa li raw każi kaġun tal-pandemija.

L-MAPHM qalet li r-reproduction rate tal-virus “b’mod konsistenti kienet ’il fuq minn 1 matul din l-aħħar ġimgħa”.

L-istqarrija tal-Assoċjazzjoni ssegwi it-twissija mit-tobba lbieraħ li qali li s-sitwazzjoni mhijiex stabbli daqs kemm indikat.

L-MAPHM saħansitra tenniet li komunikati li qed isiru lill-pubbliku li l-ħajja f’Malta ġejja lura għan-normalità huma “qarrieqa u perikolużi”. Hija ħeġġet lill-Gvern biex jiżguraw li t-tneħħija ta’ miżuri li ddaħħlu fis-seħħ biex jikkontrollaw il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna huma msejsa fuq il-prinċipji ta’ saħħa pubblika, kunsiderazzjonijiet epidemijoloġiċi u bażi ta’ evidenza b’saħħita.

l-Assoċjazzjoni anke saħqet li tali miżuri għandhom jerġgħu jiddaħħlu fis-seħħ f’każ li l-reproduction rate – R factor – tiżdied mill-ġdid.

Sport