Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza*, li jinsab il-Kalkara u l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta, li jinsab San Pawl il-Baħar, ingħaqdu sabiex, permezz tal-Facebook, iwasslulkom ix-xjenza fid-djar tagħkom.Minn mindu laqtitna l-pandemija tal-Coronavirus f’Malta, iż-żewġ ċentri baqgħu għaddejjin b’ħidmiethom fil-qasam tal-komunikazzjoni tax-xjenza. Fil-ġimgħat li ġejjin is-Science Communicators tal-Esplora u l-akkwaristi tal-Akkwarju se joħolqu kontenut immirat għat-tfal u relatat mal-oċejan u l-konservazzjoni.
L-ewwel sessjoni onlajn se tixxandar live fuq il-paġni ta’ Facebook @esploramalta u
@maltanationalaquarium rispettivament nhar il-Ħamis 14 ta’ Mejju fit-3 pm.
Għalhekk nistednukom tippreparaw ruħkom għall-ewwel attività onlajn: Ħarsa fil-baħar. Agħfsu like u segwu l-paġni tagħna ta’ Facebook sabiex issiru tafu x’materjal tridu tippreparaw għal din l-attività.
Ħudu gost u ħudu ħsieb!
*Esplora kien parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-iŻvilupp Reġjonali