Monday, February 24, 2025

Espressjoni ta’ Interess għal operaturi ta’ trasport li jridu joffru servizz f’Blue Lagoon

Aqra wkoll

Transport Malta ppubblikat Espressjoni Ta’ Interess (EOI) għal operaturi tat-trasport kummerċjali li matul l-2025 huma interessati joffru s-servizzi tagħhom fiż-żona ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna.

Dan qed isir bħala parti mill-isforzi tal-Awtorità biex l-operaturi fiż-żona ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna jkunu regolati mis-sajf 2025.

L-operaturi kummerċjali għandhom jiddikjaraw l-interess tagħhom billi jissottomettu l-informazzjoni mitluba fuq formula online li se tkun aċċessibbli minn nhar l-Erbgħa 26 ta’ Frar 2025 fuq il-website uffiċjali ta’ Transport Malta.

Id-dokumentazzjoni rikjesta trid tintbagħat sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Marzu 2025.

Operaturi tat-trasport kummerċjali li ma jkunux konformi ma’ dak mitlub mill-Awtorità mhux ser jitħallew jagħtu s-servizzi tagħhom fi Blue Lagoon f’Kemmuna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport