Il-Gvern Malti sostna li qed isegwi s-sitwazzjoni fil-Veneżwela u se jibqa’ f’kuntatt mill-qrib mal-imsieħba fl-Unjoni Ewropea dwar l-aħħar żviluppi.
“Fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett lejn il-liġi internazzjonali u l-prinċipji taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti huwa essenzjali.
“Inkomplu nappellaw għal tnaqqis fit-tensjoni, stabbiltà u soluzzjoni paċifika u demokratika,” qal kelliem għall-Gvern f’kumment li ta lill-midja lokali.



