Sunday, December 22, 2024

Estiż is-servizz tal-Pulizija fil-Komunità f’numru ta’ lokalitajiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt it-tnedija tal-fażi li jmiss tas-servizz tal-Pulizija fil-Komunità, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li sentejn ilu bdiet il-prova ta’ dan il-kunċett.

Fakkar li madwar sentejn ilu beda dan is-servizz f’numru ta’ lokalitajiet. 

Waqt l-indirizz tiegħu minn Raħal Ġdid, Camilleri qal li dan is-servizz imur lil hinn minn dak tradizzjonali tal-Pulizija fl-għases.

Il-Ministru żied jgħid li permezz ta’ din il-kordinazzjoni aħjar kompliet tiżdied is-sigurtà fil-komunità Maltija. Kompla biex jgħid li r-residenti li fil-lokalità tagħhom jafu li hemm dawn l-uffiċjali, jista’ jkollhom kuntatt aħjar magħhom u r-residenti huma ferm sodisfatti b’dan is-servizz.

Il-Ministru ħabbar li dan is-servizz se jkun estiż f’Raħal Ġdid, f’Ħ’Attard, f’Ħal Balzan, fl-Iklin, f’Ħal Lija kif ukoll f’San Pawl il-Baħar u fil-lokalitajiet ta’ Għawdex kollha.

“Permezz ta’ din l-estensjoni qegħdin nagħtu messaġġ ċar u b’saħħtu ħafna li se nibqgħu naħdmu għas-sigurtà tan-nies”, temm jgħid Camilleri.

Ekonomija

Sport